Merħba…

English Italiano Espanol Deutsch Français

Logo of the BasilicaMerħba fis-sit elettroniku uffiċjali tal-bażilika ta’ San Ġorġ!

Il-ħsieb li l-parroċċa ta’ San Ġorġ ikollha l-leħen tagħha fuq l-internet imur lura sew fis-snin, imma kien f’Novembru 2004 li s-sit attwali tela’ online, bl-inizjattiva ta’ l-arċipriet Mons. Ġużeppi Farrugia. Minn dak in-nhar issokta jkun ħolqa indispensabbli ta’ kuntatt fil-familja kbira tal-parroċċa li, għalkemm l-eqdem waħda fid-djoċesi, tfittex dejjem li xxidd libsa żagħżugħa li toqgħod iżjed għaż-żminijiet tal-lum.

Hu dan il-ħsieb ċentrali wara dan is-sit: li jipprovdi lill-qarrejja b’aġġornamenti eżawrjenti ta’ aħbarijiet mill-ħajja ta’ kuljum tal-parroċċa; imma barra minn hekk, tista’ ssib ukoll tagħrif, ritratti kif ukoll riżorsi ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-parroċċa. U fadal x’inżidu… Minħabba f’hekk www.stgeorge.org.mt hu wieħed mill-iżjed siti parrokkjali popolari fil-gżejjer Maltin.

Fuq kollox dan is-sit iġorr isem San Ġorġ, il-patrun maħbub ta’ l-Għawdxin u tal-komunità tagħna: fin-nuqqas ta’ preżenza fiżika hu jrid idaħħal il-qalb Ġorġjana fid-dar tiegħek. Għalhekk is-sapport u s-suġġerimenti tiegħek ikomplu jħeġġuna ntejbu s-servizz tagħna, waqt li bi ftit għajnuna finanzjarja dan nistgħu nippreżentawh b’mod dejjem iktar frisk u attwali.

Nittamaw li l-waqfa tiegħek fuq dan is-sit tagħna ssibha interessanti.

Ejj’oqgħod…